Il‑logo taż‑żjara magħżul mill‑isqfijiet huwa ddiżinjat minn Matthew Urpani, tabib żagħżugħ u graphic designer. Dan il‑logo jista’ jintuża biss bl‑awtorizzazzjoni tal‑Kurja tal‑Arċisqof.
Il-logo taż-żjara tal-Papa juri jdejn merfugħa lejn is-salib, ħierġin minn ġo dgħajsa titħabat mal-mewġ. L-idejn qed jilqgħu l-aħbar it-tajba ta’ Kristu li wassal San Pawl fil-gzejjer Maltin minn San Pawl u jirrappreżentaw ukoll l-akkoljenza tal-Maltin ma’ Kristu fil-proxxmu u l-għajnuna li jagħtu lil dawk li jinsabu f’diffikultà. Id-dgħajsa tfakkarna fir-rakkont drammatiku tan-nawfraġju tal-Appostlu Pawlu fuq il-gżira ta’ Malta (ara Atti 27:27-44) u l-laqgħa li l-Maltin taw lill-Appostlu u lil dawk kollha li miegħu salvaw mill-baħar (ara Atti 28:1-10). Il-motto tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta hu “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2). Il-logo taż-żjara magħżul mill-isqfijiet huwa iddiżinjat minn Matthew Urpani, tabib żagħżugħ u graphic designer. Dan il-logo jista’ jintuża biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.