Programm

Il-programm uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta fit-2 u 3 ta’ April 2022, inħareġ illum mis-Sala Stampa tas-Santa Sede. Is-Sibt il-Papa se jżur il-Belt Valletta u waranofsinhar jibqa’ sejjer Għawdex. Il-Ħadd filgħodu jżur ir-Rabat u l-Furjana u waranofsinhar iżur Ħal Far.

IL-PROGRAMM UFFIĊJALI

Is-Sibt 2 ta’ April 2022
RUMA – MALTA

08:30 Tluq bl-ajruplan mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma/Fiumicino lejn Malta    
10:00 Wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta  
10:00 ĊERIMONJA TA’ MERĦBA fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta  
10:50 ŻJARA TA’ KORTEŻIJA LILL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA fis-Sala tal-Ambaxxaturi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta  
11:35 LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU fis-Sala tal-Paġġi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta  
11:50 LAQGĦA MAL-AWTORITAJIET U L-KORP DIPLOMATIKU fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta Diskors tal-
Q.T. il-Papa
15:50 Tluq bil-katamaran mill-Port il-Kbir lejn Għawdex  
17:00 Wasla fil-Port tal-Imġarr  
17:30 LAQGĦA TA’ TALB fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex Omelija tal-Q.T. il-Papa
18:45 Tluq bil-vapur mill-Port tal-Imġarr lejn Malta  
19:30 Wasla fil-Port taċ-Ċirkewwa u trasferiment lejn in-Nunzjatura Appostolika  

Il-Ħadd 3 ta’ April 2022
MALTA – RUMA

07:45 LAQGĦA PRIVATA MAL-MEMBRI TAL-KUMPANIJA TA’ ĠESÙ fin-Nunzjatura Appostolika fir-Rabat  
08:30 ŻJARA FIL-GROTTA TA’ SAN PAWL fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat Talba tal-Q.T. il-Papa
10:15 QUDDIESA fuq il-Fosos tal-Furjana Omelija tal-Q.T.
il-Papa Angelus
16:45 LAQGĦA MAL-MIGRANTI fil-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII f’Ħal Far Diskors tal-Q.T. il-Papa
17:50 ĊERIMONJA TAT-TLUQ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta  
18:15 Tluq bl-ajruplan lejn Ruma  
19:40 Wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma/Fiumicino  

Scroll to Top