Dettalji dwar il-Quddiesa tal-Papa

Il-quddiesa se ssir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar il-Ħadd, 3 ta’ April 2022 fl-10:15am. In-nies għandhom ikunu bilqiegħda sad-9am

Kif tasal

Il-coaches kollha se jitħallew jgħaddu minn Triq Sant’Anna fil-Furjana sa mhux aktar tard mit-8:30am. Il-passiġġiera se jkunu jistgħu jitniżżlu fiż-żona qrib Development House. Ladarba l-avveniment jintemm, il-coaches jerġgħu jipproċedu kif spjegat hawn fuq.

Vetturi privati

Karozzi privati se jitħallew jgħaddu minn Triq Sant’Anna u l-Mall sat-8:30am. 

Trasport Pubbliku

Id-dettalji huma aċċessibbli hawn.

Żoni

Żona 1 : Dħul minn Triq Pietru Florian
Żona 2 : Dħul minn Triq is-Suq
Żona 3 : Dħul minn Triq Sarria
Żona 4 : Dħul mill-Ġnien tal-Mall
Żona 5 & 6 : Dħul minn Triq l-Assedju l-Kbir 
Żona 6.1 : Aċċess għat-trasport tal-wheelchairs mill-parkeġġ biswit Triq l-Assedju l-Kbir

Scroll to Top