Talba

Mulej Alla, ħallieq tal-univers,
għajn ta’ ħelsien u ta’ sliem,
ta’ mħabba u ta’ fraternità,
int ħlaqtna fuq ix-xbieha tiegħek
u sawwabt fuqna lkoll
in-nifs tiegħek li jagħti l-ħajja,
biex tagħtina sehem fil-komunjoni tiegħek.
Imqar meta aħna ksirna l-patt tiegħek,
int ma tlaqtniex f’ħalq il-mewt
imma fil-ħniena tiegħek bla tarf
dejjem sejjaħtilna biex nerġgħu lura lejk
u biex ngħixu ta’ wliedek.
Sawwab fina l-Ispirtu Qaddis tiegħek
u agħtina qalb ġdida,
li kapaċi tisma’ l-karba, spiss siekta,
ta’ ħutna li tilfu
s-sħana ta’ darhom u ta’ pajjiżhom.
Agħmel li nkunu nistgħu rroddulhom it-tama
bil-ħarsiet u l-ġesti tagħna ta’ umanità.
Agħmilna strumenti tal-paċi
u ta’ mħabba konkreta lejn l-aħwa.
Eħlisna mill-biżgħat u mill-preġudizzji,
biex it-tbatijiet tagħhom nagħmluhom tagħna
u nitqabdu flimkien kontra l-inġustizzja;
biex tikber dinja fejn kull persuna
tiġi rrispettata fid-dinjità invjolabbli tagħha,
dik li int, o Missier, qegħidt fina

Agħfas hawn għat-talba bit-Taljan

Scroll to Top