L-Isqof Teuma lill-Papa: Għinna nitolbu biex il-ftehim u l-ferħ tal-kondiviżjoni jitqiesu aktar importanti mill-gwadann fil-familji tagħna

Diskors ta’ Merħba minn Mons. Anton Teuma, Isqof t’Għawdex

Santità,

Nagħtuk merħba fil-gżira tagħna, gżira żgħira imma b’qalb kbira. Nilqgħuk f’darna u f’dar Ommna, is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Madwarek illejla hawn miġbura rappreżentanza ta’ din il-Knisja lokali. Hi Knisja li għandha għeruq profondi fl-istorja. Hawn fostna tfal, adolexxenti u żgħażagħ. Hawn il-familji li ħafna minnhom huma impenjati fil-pastorali u membri ta’ gruppi u assoċjazzjonijiet ekkleżjali. Hawn il-mexxejja ċivili tal-gżira tagħna. Hawn numru sabiħ ta’ saċerdoti, reliġjużi u membri ta’ istituti sekulari, li jwettqu l-ministeru tagħhom f’artna u f’partijiet oħra tad-dinja.

Għinna nitolbu biex bħal Marija jkollna aktar kuraġġ biex nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerer u mill-għaks, huma u jfittxu kenn fi gżiritna. Għinna nitolbu biex ma nittrattaw u ma nqisu lil ħadd minn dawn ħutna bħala barrani.

Santità, ninsabu tassew kuntenti li inti llum qiegħed magħna u bħalna ġejt f’riġlejn Marija, il-Madonna ta’ Pinu. Ħafna minna niġu hawn ta’ spiss, ħafna drabi b’qalbna maqsuma, nitolbu u nirringrazzjaw lil Ommna tas-Sema.

Santità, nitolbuk tgħinna nitolbu biex inkunu dejjem aktar bħal Marija, dixxipli awtentiċi ta’ Ġesù fi żminijietna.

Għinna nitolbu biex bħal Marija jkollna aktar kuraġġ biex nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerer u mill-għaks, huma u jfittxu kenn fi gżiritna. Għinna nitolbu biex ma nittrattaw u ma nqisu lil ħadd minn dawn ħutna bħala barrani.

Santità, għinna nitolbu biex ilkoll nitgħallmu nħossuna aktar responsabbli tad-don tal-ħolqien u tan-natura sabiħa ta’ din il-gżira, li bil-mod il-mod qiegħda tisparixxi minn quddiem għajnejna mingħajr ma nindunaw.

Sostnina fit-talba tagħna biex il-ġid materjali nqisuh bħala rigal li Alla jagħtina biex naqsmuh ma’ ħutna u mhux bħala okkażjoni ta’ korruzzjoni, diskriminazzjoni jew kunflitti u diviżjoni. Għinna nitolbu biex fil-familji tagħna, il-ftehim u l-ferħ tal-kondiviżjoni jitqiesu aktar importanti mill-gwadann.

Santità, għinna nitolbu biex ilkoll nitgħallmu nħossuna aktar responsabbli tad-don tal-ħolqien u tan-natura sabiħa ta’ din il-gżira, li bil-mod il-mod qiegħda tisparixxi minn quddiem għajnejna mingħajr ma nindunaw.

Għinna nitolbu biex il-fidi tagħna ma tkunx biss tradizzjoni jew mgħixa sempliċiment bħala okkażjoni soċjokulturali, imma, b’mod speċjali wara l-pandemija, tkun imsejsa fuq is-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, fuq iċ-ċelebrazzjoni ferrieħa tal-Ewkaristija u fuq ix-xhieda tal-imħabba tal-aħwa.

Santità, akkumpanjana fit-talb, biex aħna s-saċerdoti, ir-reliġjużi rġiel u nisa, ma nitkaxkrux mil-loġika mondana tal-poter, tal-flus jew tal-pjaċir, imma ngħixu s-sejħa tagħna fi spirtu sinodali, qrib ta’ Alla, qrib ta’ ħutna u qrib tal-poplu fdat f’idejna.

Grazzi, Santità, grazzi li qiegħed magħna llejla f’riġlejn Marija, biex titlob għal din il-parti mill-poplu ta’ Alla, għall-Knisja u għall-ħolqien kollu.


Discorso di benvenuto del Vescovo di Gozo, Mons. Anton Teuma

Santità,

Benvenuto a Gozo, un’isola piccola ma con un cuore grande. Benvenuto a casa nostra e di nostra Madre, il Santuario della Madonna Ta’ Pinu.

Intorno a lei stasera c’è una rappresentanza di questa Chiesa locale. È una Chiesa che ha radici salde nella storia. Ci sono i bambini, i ragazzi e i giovani. Ci sono le famiglie, tante di loro impegnate nella pastorale e membri di gruppi e associazioni ecclesiali. Ci sono i responsabili civili dell’isola. Ci sono tanti sacerdoti, religiose e religiosi e membri di istituti secolari, che esercitano il loro ministero qui’ e in altre parti del mondo.

Santità, siamo molto felici che Lei oggi sia con noi e come noi pellegrino ai piedi di Maria, la Madonna Ta’ Pinu. Tanti di noi vengono qui spesso, tante volte con il cuore infranto, a pregare e a ringraziare la nostra madre celeste.

Santità le chiediamo di aiutarci a pregare affinché diventiamo sempre più come Maria, discepoli autentici di Gesù oggi.

Ci aiuti a pregare perché come Maria possiamo avere più coraggio nell’accogliere coloro che scappando dalle guerre e dalla fame, cercano rifugio nella nostra terra. Ci aiuti a pregare affinché mai trattiamo o consideriamo questi nostri fratelli come stranieri.

Santità ci aiuti a pregare perché possiamo sentirci tutti più responsabili del dono del creato e della meravigliosa natura di quest’isola che pian piano sta scomparendo sotto i nostri occhi spesso senza accorgerci.

Ci sostenga nella preghiera perché il benessere materiale lo accogliamo come dono di Dio da condividere con i nostri fratelli e non come occasione di lucro, di discriminazione o di litigi e divisioni. Ci aiuti a pregare perché nelle nostre famiglie la serenità, la comprensione e la gioia della condivisione siano considerate più importanti del guadagno.

Ci aiuti a pregare perché la nostra fede non sia pura tradizione o vissuta come occasione socioculturale, ma specialmente dopo la pandemia, sia consapevolezza, fondata sull’ascolto della Parola di Dio, sulla celebrazione gioiosa dell’Eucarestia e sulla testimonianza dell’amore fraterno.

Santità ci accompagni nella preghiera perché noi sacerdoti, religiose e religiosi non ci lasciamo travolgere dalle logiche mondane del potere, del denaro o del piacere, ma viviamo la nostra vocazione in uno spirito sinodale, nella vicinanza a Dio, ai nostri confratelli e al popolo a noi affidato.

Grazie Santità di essere con noi stasera a pregare ai piedi di Maria, per questa porzione del popolo di Dio, per tutta la Chiesa e per tutto il Creato.

Aktar ritratti

Scroll to Top