Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku lill-Isqof t’Għawdex

Traduzzjoni għall-Malti

Lill-Għażiż Ħija
Mons. Anton Teuma
Isqof ta’ Għawdex

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku tiegħi, waqt li b’rikonoxxenza ngħożż f’qalbi l-laqgħat li kellna, nixtieq irroddlok ħajr tal-laqgħa li rċivejt fid-Djoċesi u b’mod partikulari tal-ħeġġa reliġjuża li ħassejt fis-Santwarju Ta’ Pinu.

Jiena grat għall-impenn fil-preparazzjoni taż-Żjara, għall-ħidma tiegħek hekk serja u prezzjuża. Ħajr ukoll għall-attenzjoni li biha tieħdu ħsieb tas-saċerdoti anzjani.

Nixtieq nibgħat tislija speċjali lill-kor u lil dawk kollha li kkollaboraw biex is-sigħat li qattajt Għawdex kienu indimentikabbli.

Il-Mulej ibierek lilek, lis-saċerdoti, l-ikkonsagrati u kull wieħed u waħda mill-fidili fdati fil-kura pastorali tiegħek. Ibqgħu ċerti li nibqa’ niftakar f’kulħadd u nitlobkom, jekk jogħġobkom, biex titolbu għalija. Marija Assunta tħariskom.

Fraternament,

Franciscus

Scroll to Top