Aħbarijiet

Opportunità unika biex il-poplu Malti jagħti merħba mill-isbaħ lill-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku

Jumejn qabel tibda ż‑żjara uffiċjali tal‑Papa Franġisku f’pajjiżna bit‑tema “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” meħuda mill‑Atti tal‑Appostli, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien maċ‑Chairman tal‑Kumitat Organizzattiv tal‑Istat Aaron Zahra indirizzaw konferenza tal‑aħbarijiet biex jingħataw dettalji dwar dan il‑Vjaġġ Appostoliku. L‑Isqof Galea‑Curmi qal li huwa b’ferħ kbir għalina l‑Maltin u l‑Għawdxin li wara sentejn li …

Opportunità unika biex il-poplu Malti jagħti merħba mill-isbaħ lill-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku Read More »

Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku lill-Isqof t’Għawdex

Traduzzjoni għall-Malti Lill-Għażiż ĦijaMons. Anton TeumaIsqof ta’ Għawdex Lura mill-Vjaġġ Appostoliku tiegħi, waqt li b’rikonoxxenza ngħożż f’qalbi l-laqgħat li kellna, nixtieq irroddlok ħajr tal-laqgħa li rċivejt fid-Djoċesi u b’mod partikulari tal-ħeġġa reliġjuża li ħassejt fis-Santwarju Ta’ Pinu. Jiena grat għall-impenn fil-preparazzjoni taż-Żjara, għall-ħidma tiegħek hekk serja u prezzjuża. Ħajr ukoll għall-attenzjoni li biha tieħdu ħsieb …

Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku lill-Isqof t’Għawdex Read More »

Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jirringrazzjaw minn qalbhom lill‑poplu Malti u Għawdxi għall‑merħba mimlija ferħ, għożża u fidi li taw lill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku f’din “l‑art imdawla”, kif għoġbu jsejjaħ lil pajjiżna. L‑Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna, l‑Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qalu li dawn kienu jumejn li nisslu …

Stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex Read More »

Jalla l-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, dawl fit-triq u faraġ fit-tiġrib – L-Arċisqof

Santità, Grazzi ħafna talli għażilt li żżurna. Grazzi li għoġbok tiċċelebra magħna din l-Ewkaristija solenni.  Grazzi tal-imħabba tiegħek għalina.  Il-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, ta’ dawl fit-triq, ta’ faraġ fit-tiġrib. Fl-ewwel seklu wara l-Qawmien ta’ Ġesù mill-Imwiet, dawn il-gżejjer kellhom ix-xorti kbira li bil-grazzja t’Alla jilqgħu d-dawl tal-Evanġelju bil-preżenza fostna tal-Appostlu …

Jalla l-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, dawl fit-triq u faraġ fit-tiġrib – L-Arċisqof Read More »

Scroll to Top