Ilkoll Aħwa

Ilkoll Aħwa: Ġustizzja, ħniena u rikonċiljazzjoni

Ir-raba’ laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu bit-tema ‘Ġustizzja, ħniena u rikonċiljazzjoni’, li huma tliet pilastri tat-tagħlim tal-Papa Franġisku. Dawn huma meħtieġa għall-benessri tagħna mibnija fuq relazzjonijiet b’saħħithom kemm fl-intimità ta’ djarna kif ukoll fl-isfera politika. Din it-taħdita se titmexxa minn Nadia Delicata. Il-ġustizzja hi bbażata fuq il-verità dwar id-dinjità ugwali ta’ …

Ilkoll Aħwa: Ġustizzja, ħniena u rikonċiljazzjoni Read More »

Ilkoll Aħwa: Il-familja f’soċjetà tinbidel

It-tielet laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu bit-tema ‘Il-familja f’soċjetà tinbidel’ u se titmexxa minn Jesmond Schembri. It-taħdita tibda billi tingħata ħarsa lejn statistika li titfa’ dawl dwar il-qagħda tal-familja Maltija llum u wara jingħata ċans għal riflessjonijiet. Dan kollu hu maħsub li jservi bħala introduzzjoni għal temi marbuta mal-familja li tkellem dwarhom …

Ilkoll Aħwa: Il-familja f’soċjetà tinbidel Read More »

Ilkoll Aħwa: Iż-żgħażagħ – tama għall-futur

It-tieni laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu u għandha t-tema ‘Iż-żgħażagħ: tama għall-futur’ u se titmexxa minn Anthony Mifsud. ‘Alla hu żagħżugħ!’ Din il-frażi mill-Papa Franġisku turi l-viżjoni tiegħu. L-attributi żagħżugħa taż-żgħażagħ f’Alla, u bħala rigal minn Alla. Din is-sejħa għat-tama hi attribut li l-adulti m’għandhomx jitilfu hekk kif jgħaddu għal stadji …

Ilkoll Aħwa: Iż-żgħażagħ – tama għall-futur Read More »

Ilkoll Aħwa: Inħarsu l-Ambjent

L-ewwel laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir illejla bit-tema ‘Inħarsu l-Ambjent’ u se titmexxa minn Patri Mark Ciantar, OFM. Il-Papa Franġisku se jibqa’ magħruf fl-istorja bħala l-ewwel Ragħaj tal-Knisja Kattolika li ppublika enċiklika kollha kemm hi fuq ‘l-għożża tad-dar komuni’ tagħna, kif isejħilha hu stess. Għalkemm il-Papa jistqarr li mhux minn dejjem kellu daqshekk kuxjenza …

Ilkoll Aħwa: Inħarsu l-Ambjent Read More »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li …

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku Read More »

Scroll to Top